It-tifel tad-DJ popolari Joven Grech ta' Tenishia, illum jagħlaq 8 snin iżda sfortunatament ma jistax iqattgħu ma' missieru. "12 t'Awissu 2012 jien kont l-aktar raġel kuntent fid-dinja" jgħid Joven fuq il-paġna tiegħu. 

Mason hu l-ewwel tifel ta' Joven u ftit qabel twieled, Joven kien qiegħed jagħti show ġewwa Melbourne, l-Awstralja. "Irnexxieli bl-eżatt nitlaq wara l-avveniment li kelli u nasal sabiex narak titwieled" jistqarr Joven. 

Iżda minħabba l-pandemija, Joven ma jistax imur jara lil ibnu ġewwa l-Awstralja. L-Awstralja bħalissa qegħdin strettament taħt lockdown fejn ħadd ma jista' jidħol u ħadd ma jista' joħroġ barra mill-pajjiż. Joven jkompli billi jgħid, "Ilni ma narah iktar minn sena issa... Dan l-virus misħut qed jiblukali t-triq għal Awstralja biex inkun nista' nara lil ibni u jidher li għad baqali sabiex narah". 

Awguri Mason! J'Alla jgħaddi kollox u tkun tista' terġa tiltaqa' ma' missierek li tant iħobbok!


Anthony Baldacchino