Waqt li awguraw lill-attur Fabian Scerri De Carlo li lbieraħ iċċelebra għeluq sninu, t-tim TA' GERIT xtaq ifakkar lill-udjenza numeruża ta' din is-sensiela li l-istaġun il-ġdid jinsab għaddej ġmielu. F'Jannar li ġej ser tkun qwed tkompli fin l-istorja.

"Aħna hawn tafux! Filwaqt illi nħeġġukom tkunu magħna f'Jannar għall-episodji l-ġodda, isbaħ minn qatt qabel.... Illum xtaqna nassigurawkom li għaddejjin bil-ħidma għas-sena d-dieħla... Niltaqgħu f'Jannar għal aktar stejjer u aktar karattri!"

Lesti għal aktar episodju minn TA' GERIT?


Kyle Zarb