Dawn il-jumejn kienu ġranet importanti għax-xandara magħrufa u maħbuba Eileen Montesin.

Dan għaliex ilbieraħ bdiet skeda ġdida għat-televiżjoni u Eileen, flimkien mar-raġel tagħha Mark u t-tifla Christine, iddebuttaw bi programm ġdid fuq Net TV bl-isem ta' Family Affair.

Family affair

Facebook / Family Affair

Iżda llum hija ġurnata iktar speċjali għaliex Eileen twieldet propju fl-ewwel t'Ottubru u għalhekk illum jaħbat għeluq sninha.

eileen

Facebook / Eileen Montesin

It-tifla tagħha Christine iddedikatilha messaġġ speċjali fuq Facebook fejn qaltilha li hi l-ispirazzjoni tagħha u li mnalla tkun hi li tmexxiha 'l quddiem fil-karriera tagħha.

Qaltilha li tagħmel x'tagħmel u tgħid x'tgħid qatt mhu se jkun biżżejed biex tirringrazzjaha għal dak kollu li għamlet.

christine

Facebook / Christine Haber

Illum Eileen se tqatta' l-ġurnata speċjali tagħha taħdem. Aħna nieħdu gost għax b'hekk tkompli ttina programmi sbieħ kif taf tagħmel hi.

Awguri Eileen mingħandna ta' Gwida.mt!

Facebook / Eileen Montesin


Neville Refalo