Kull sena, il-programmi li jixxandru kull nhar ta' Tnejn, ikollhom jagħmlu pawża ta' ħmistax minħabba l-budget. Ġurnata minnhom issir il-preżentazzjoni minn naħa tal-gvern u l-ġimgħa ta' wara jkun hemm ir-reazzjoni mill-Oppożizzjoni.
It-tim ta' Friefet jiktbu, "Nixtiequ navżaw lit-telespettaturi li bħalma jiġri kull sena minħabba trażmissjonijiet relatati mal-budget, illum hu t-Tnejn li ġej mhux se tkun qed tixxandar is-sensiela Friefet. Friefet jerġa' jkun magħkom nhar it-Tnejn 11 ta' Novembru."
Dawk kollha li qed isegwu se jkollhom jistennew ħmistax biex ikomplu jaraw kif se tiżviluppa l-istorja u kif se tkompli din is-sensiela. Sensiela li aktar ma jmur aktar qed tiġbed telespettaturi.