Permezz ta’ ktiba fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, Onepercent Group xandu mas-segwaċi tagħhom aħbar xejn sabiħa. Dan għaliex sfortuntament huma tilfu membru u ħabiba tat-tim tagħhom li kien jisimha Pelin.

“Illum traġikament tlifna membru tat-tim tagħna u fuq kollox tlifna ħabiba,” qalu huma. “Bdiet tifforma parti mit-tim tagħna sena ilu, Pelin ħalliet marka fuqna kollha li mhux ser ninsewha qatt. Il-kondoljanzi tagħna jmorru mal-familja kollha tagħha. M’għandniex kliem x’ngħidu u ninsabu taħt xokk minn din it-traġedja,” żiedu jgħidu.

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ noffru l-kondoljanzi tagħna lill-ħbieb u l-familjari kollha ta’ Pelin, tistrieħ fis-sliem.


Charlton Cefai