Matul dawn it-tlitt ijiem kienet għaddejja l-maratona b’risq Puttinu Cares. U llejla s-sittin siegħa maratona se tiġi fi tmiemha.

Fil-jumejn li għaddew fil-Marsa Sports Ground kien hemm spettaklu mill-isbaħ. Diversi personalitajiet taw sehemhom f’din il-maratona, min lagħab logħba futbol, min logħba volleyball, min irrisponda t-telefown u min ta kunċert, fost l-oħrajn. Is-sabiħ ta’ din il-maratona huwa li kulħadd jingħaqad għal kawża ġusta.

Illejla l-maratona se tingħalaq bl-ispettaklu ta’ ħafna kantanti lokali. Nicole Frendo, Owen Luellen, Petra, Mike Spiteri, Lyndsay Pace, Joe Demicoli, Amber, Janvil u bintu Jade se jkunu qed ikantaw. Apparti dawn il-kantanti, se jkun qed idoqq il-vjolinist bravu, il-Pusè! U se jkun hemm ukoll diversi atturi minn Klassi Għalina!

Jekk għadkom ma tajtux donazzjoni, inħeġġukom sabiex tagħtu u tħeġġu lil min għadu ma tax biex jagħti wkoll! Puttinu Cares jagħmel ħafna ġid! Huwa importanti għal ħafna u ħafna persuni. F’isem Gwida.mt nixtiequ nirringrazzjaw lil Puttinu Cares tax-xogħol kontinwu li jwettaq! Grazzi!

Facebook / Puttinu Cares


Yasmin Camilleri