Illum jaħbat għeluq snin il-kantanta ċelebri Chiara, li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tliet darbiet. Chiara magħrufa għal vuċi anġelika tagħha, illum tagħlaq 43 sena. Chiara baqgħet tgawdi popolarità f'pajjiżna tul is-snin. Ir-riżultati miksuba fil-Eurovision Song Contest, speċjalment fl-ewwel żewġ wirjiet tagħha kienu b'saħħithom immens.

Ritratt: Facebook / Chiara Siracusa

Kien 21 sena ilu, lura għal 1998 meta Chiara spiċċat it-tielet post bil-kanzunetta The One That I Love, ftit punti biss 'il bogħod minn rebħa storika. Fl-2005 reġgħet xejret il-bandiera Maltija bil-kanzunetta Angel fejn spiċċat fit-tieni post filwaqt li fl-2009 bil-kanzunetta What If We, li biha waslet sal-finali.

Lil Chiara, ilna xi ftit ma narawha fl-industrija lokali fuq skala nazzjonali imma żamet attiva billi tieħu sehem f'numru ta' kunċerti minn żmien għal żmien. Aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Chiara l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali.

Facebook / Dewayne Barkley


Emil Calleja Bayliss