Eliana Gomez Blanco, kantanta Maltija li bdiet il-vjaġġ mużikali tagħha meta kellha biss sitt snin u li rrappreżentatna fil-Junior Eurovision fis-sena 2019 meta kellha 14 -il sena bil-kanzunetta ‘We Are More’, illum qed tiċċelebra għeluq sninha hekk kif għalqet 20 sena.
Hi pparteċipat ukoll f’diversi kompetizzjonijiet lokali u filfatt rebħet Konkors Kanzunetta Indipendenza fis-sena 2023 filwaqt li kienet finalista fil-Malta Eurovision song contest tal-istess sena, u semifinalista tal-Malta Eurovision fis-sena 2024.
Eliana ħarġet diversi kanzunetti fosthom ‘There’s Only Flowers’ fis-sena 2023 u ‘No Time To Die’ fis-sena 2019.
Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata tant speċjali u nawgurawlha wkoll iżjed suċċess fil-karriera mużikali tagħha. Nisperaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ!
Facebook / Eliana Gomez Blanco u Instagram / eliana_gomez_blanco