Illum huwa jum għeluq snin Martina, waħfa mill-preżentaturi tal-breakfast show ‘The Morning Vibe’ fuq Vibe FM.

Il-kollegi tagħha JD u Abel għamlulha sorpriża ħelwa kmieni dalgħodu. Dawn marru fi triq impenjata ħafna fil-Marsa u waħħlu ‘banner’ kbira fuq billboard bir-ritratti ta’ Martina u tagħhom fejn kitbulha l-awgurju.

Waqt li kienu fl-istudio ta’ Vibe FM, JD  għamlilha sorpriża oħra b’biċċa kanzunetta rap.

Aħna ta’ Gwida.mt wkoll nawguraw lil Martina l-isbaħ xewqat f’jum għeluq sninha!


Henzley  Bezzina