Illum huwa jum għeluq snin Marbeck Spiteri, fejn din għalqet 60 sena.

Matul il-karriera tagħha Marbeck kellha rwoli differenti, minn attriċi sa preżentattriċi. Bħalissa Marbeck qed tippreżenta programm fuq NET FM u fuq l-istazzjon NET kemm-il darba kienet tippreżenta programmi differenti, fosthom Indifest. Ħadet sehem ukoll bħala attriċi fuq serje differenti, fosthom Dejjem Tiegħek Becky.

Maria Spiteri li tiġi n-neputija ta’ Marbeck awguratilha permezz ta’ post fuq il-profil tagħha, fejn qalet li ta’ spiss in-nies jgħidulha li hi u Marbeck jixxiebħu. Maria kitbet li tixtieq li la hi wkoll tagħlaq 60 sena jkollha nofs is-sbuħija li għandha Marbeck.

Facebook / Marbeck Spiteri


Henzley  Bezzina