Il-kowċ vokali u kantanta Rachel Fabri Camilleri llum suppost imissha twelled it-tieni tarbija tagħha. Imma biex tgħaddi l-ħin iddeċidiet li tqum tkanta! Bażikament ġiet innominata biex tagħżel diska, tkantaha u tiġbed il-filmat. U x’hemm aħjar milli tagħmel dan fil-jum li jkun imissek twelled?

View this post on Instagram

A post shared by Rachel Fabri (@rachel.fabri) on

Rachel ddeċidiet li tkanta Part of Your World mill-film ta’ Little Mermaid. Hi stqarret li “Din il-kanzunetta hija pjuttost relevanti bħalissa - fil-fatt ħassejtni emozzjonata nkantaha, speċjalment lejn it-tmiem!”

Qalet ukoll li llum tagħlaq 40 ġimgħa tqila. “Nidher enormi imma qed inżomm it-tama.” Awguri kbira Rachel u jalla kollox imur b’wiċċ il-ġid!

Facebook/Rachel Fabri Camilleri


Nicole Barbara