Il-Viċi Sindku tal-Belt Valletta, Ray Azzopardi ħalla post fuq il-mezzi soċjali tiegħu sabiex in-nies iżżommu fi ħsiebhom lil Reggie Cini - il-goaler tant maħbub mill-Beltin.

Ray Azzopardi kiteb, "Illum ser nitlobkom tagħmlu talba żgħira lil dan il-bniedem li lilna il-Beltin tant u tant tagħna pjaċir. Kuraġġ Reġġie. Irbaħt tant battalji fil-ground, issa jmiss din. Inżommok f’talbi ħabib."

Nittamaw li Reggie jirnexxielu jirbaħ din il-battalja wkoll fl-iqsar żmien possibbli. Kuraġġ Reggie, ninsabu ċerti li ħafna u ħafna Beltin jinsabu warajk.

Facebook / Reginald Cini


Emil Calleja Bayliss