Illum Saret L-Aħħar Tislima Lil Fra John Edward Critien Ġewwa L-Birgu

Permezz ta’ ktiba ċkejkna fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, Parroċċa San Lawrenz Birgu xandru mas-segwaċi tagħhom ftit ritratti mill-funeral ta Fra John Edward Critien li seħħ proprju llum fil-paroċċa ta’ San Lawrenz ġewwa l-Birgu. Sfortunatament, huwa ħalla din id-dinja għal waħda aħjar il-ġimgħa li għaddiet fl-eta sabiħa ta’ 73 sena.





Permezz ta’ ktiba fuq il-paġna tagħhom, huma qalu “Il-Birgu jingħaqad mal-Ordni ta’ San Ġwann biex nhar is-Sibt jagħti l-aħħar tislima lil Fra’ John Edward Critien, li l-Mulej sejjaħlu fi ħdanu l-ġimgħa li għaddiet,” u qalu wkoll li l-quddiesa kienet immexxija minn Mons Charles J Scicluna, Arċisqof ta’ Malta.

Permezz ta’ ktiba fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, David Casa sellem il-memorja tiegħu fejn qal li “Fra Critien kien Kavallier tal-Ordni ta’ Malta u l-uniku resident fil-Forti Sant’Anġlu. Aktar kmieni din is-sena huwa ġie maħtur bħala Gran Prijur ta’ Ruma.”



Jistrieh fis-sliem!

Facebook/Parroċċa San Lawrenz Birgu

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI