Illum huwa jum speċjali għal Anna Faniello li qed tiċċelebra għeluq sninha. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, binha Fabrizio Faniello qasam messaġġ mill-isbaħ f’din l-okkażjoni.

Hu qal, “Awguri f’għeluq snin ommi! It-tnejn li aħna Taurus, it-tnejn li aħna rasna iebsa, it-tnejn li aħna storbjużi! Allura naturalment kellna l-murtali tagħna! Imma taf xix? Irnexxielna nitgħallmu l-arti antika ta’ Taurus u bdejna naqblu meta ma naqblux. It-triq mhux dejjem kienet faċli, imma hawn aħna għadna f’saħħitna, b’ħafna rispett, imħabba u żewo irjus iebsin, li jaqblu.”

Żied jgħid, “Nissilt tbissima fuq fomm ħafn nies bil-vuċi tiegħek, bl-enerġija tiegħek, u l-ispirtu pront tiegħek li verament nammira. Imma ejja nagħmlu ħaġa waħda ċara. Verament li int ir-reġina għal bosta, imma jien hu dak li tirreferi għalih bħala, “t-tifel tiegħi” għaliex, ħeqq iż-żewġ uliedek l-oħra huma nisa. Il-fatti huma fatti, Claudia u Miriana!”

Kompla billi qal, “Nawguralek ħafna saħħa, mħabba, daħk u li tkun dejjem f’saħħtek. Tgħanniqa kbira għalik, inħobbok ħafna! Awguri f’għeluq sninek ma!”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw minn qalbna lil Anna f’jum għeluq sninha!

Facebook/Anna Faniello


Charlton Cefai