Illum huwa għeluq snin il-kantanta Deborah C. Hi twieldet fil-11 ta’ Jannar tal-1990 fil-gżira Għawdxija u b’hekk illum hi għalqet 35 sena.
Deborah bdiet il-karriera tagħha fil-kant fl-eta’ bikrija ta’ 9 snin u minn hemm wittiet it-triq għal karriera ta’ suċċess, u kisbet popolarità kemm fix-xena lokali kif ukoll barranija. Il-parteċipazzjoni tagħha fil-Malta Junior Eurovision Song Contest tal-2005 kienet pass sinifikanti 'l quddiem fix-xena mużikali lokali.
Fl-2014 u l-2015, Deborah C ipparteċipat ukoll fil-Malta Eurovision Song Contest fejn waslet għall-finali u s-semifinali rispettivament.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Deborah C jum mill-isbaħ!
Facebook/Deborah CC