Illum bosta qegħdin f’luttu hekk kif sfortunatament il-kompożitur u mużiċist Sammy Galea mar għal ħajja ta’ dejjem. 

Fost dawn hemm il-kantanta u Membru Parlamentari Claudette Buttigieg, li fuq il-midja soċjali kitbet: “Illum qalbi ingħafset. Kompożitur u mużiċista kbir li ħalla legat mill-isbaħ. Grazzi ta' kull m'għamilt miegħi. ‘Għini sabiex jien ta' unur inkun, lil dil-ħelwa art twelidi, illi tagħha għandi l-fidi.’ Strieħ fis-sliem għażiż Sammy.”

sammy

It-tim tal-produzzjoni tal-programm The Entertainers ukoll sellem il-memorja ta' Sammy, li kien telespettatur regolari tal-programm. Huma qalu li Sammy kien “fuq kollox ġentlom kbir.”

sammy

Għal darb’oħra aħna minn Gwida.mt ngħatu l-kondoljanzi lil kull min qed iħoss it-telfa ta’ dan ir-raġel. 

Facebook/Claudette Buttigieg


Nicole Barbara