It-tieni semifinali ta’ Malta’s got talent ser isir għada 22 ta’ Jannar, u l-kontestanti kollha li waslu s’hawn żgur mhux forsi qegħdin għaddejjin bl-aħħar preparamenti tagħhom għal lejl ieħor mimli emozzjonijiet kbar u enerġija.

Kyran Bonello, il-kantant tfajjel li ssorprenda lil kulħadd bil-vuċi tiegħu ukoll qed jagħmel dan. “llum nitgħallem il-lirika tal-kanzunetta l-ġdida. Ninsab kuntent ħafna li wasalt s’hawn. Il-ħolma saritli  realtà” kiteb Kyran. Ilbieraħ hu irringrazzja lill-ommu tas-sapport kollu li tagħtu biex jasal sa din il-fażi tal-kompetizzjoni, flimkien ma’ nies oħra li għenuh minn wara l-kwinti.

 


Nicole Zammit