F'jum għeluq snin membru fil-familja tiegħu, il-preżentatur Luke Dalli dejjem tara xi messaġġ ħelu għall-okkażjoni mingħandu. Din id-darba kien imiss l-awgurju tiegħu għall-għażiża ommu Helena Dalli.
Fil-fatt illum Helena qed tiċċelebra għeluq sninha. Ir-relazzjoni ta' omm u iben bejn Helena u binha Luke hi waħda ammirevoli, u tista' tgħid li l-għaqda ta' bejniethom juruha biċ-ċar.
Luke jikteb, "Illum niċċelebraw lilek - l-eroj tagħna, is-sostenn tagħna, u l-aqwa ħabiba tagħna. Awguri f'għeluq sninek Ma, inħobbuk." Xerred ritratt mill-isbaħ meħud minn intervista li kellhom flimkien ma' Owen Bonnici waqt Prime Time.
Awguri mill-qalb Helena! Nixtiqulek aktar snin ta' saħħa, imħabba, suċċessi u dak kollu li tixtieq qalbek!