Illum tiċċelebra għeluq sninha Clare Agius, l-attriċi u preżentatriċi maħbuba mmens minn tant u tant nies. F'dan il-jum, l-għażiża oħtha Pauline ħallietilha messaġġ sabiex tawguralha f'dan il-jum speċjali.

Hi tiktbilha, "Illum niċċelebraw lil oħti Clare Agius li ssib is-saħħa f'dak kollu li titfagħlha l-ħajja. Jalla l-ħajja tagħtik lura l-imħabba u l-appoġġ kollu li tagħti lill-oħrajn u jalla tkun imbierka llum u dejjem. Awguri f'għeluq sninek. Inħobbok.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Clare l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ u sena pożittiva mimlija dak kollu li tixtieq, b'ħafna avventuri ġodda mal-għeżież tagħha. Awguri Clare.


Emil Calleja Bayliss