Il-kantanta lokali Maria Luana kitbet messaġġ mill-qalb lill-għażiża ommha li llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Maria kitbet dwar kemm hi grata għall-imħabba, rispett u appoġġ li dejjem tara mingħandha.
"Illum niċċelebraw il-jum tar-reġina tagħna! Ma, nibda biex nirringrazzjak ta' dak kollu li tagħmel magħna. Is-sagrifiċċji li tagħmel flimkien mal-Papà biex tara lilna kuntenti huma kbar! ...Li kieku ma kinitx l-għajnuna tiegħek kieku ma nistax nagħmel kwart ta' dak kollu li nagħmel. Grazzi ta' kollox Ma. Inħobbuk ħafna..."
Awguri mill-qalb lil omm Maria!