Illum jiġi ċċelebrat madwar id-dinja il-Jum Internazzjonali tal-Podcast, dan jitfakkar kull sena fis-30 ta' Settembru biex jiġi rikonoxxut dan il-mezz ta' komunikazzjoni li qed jikber b'pass mgħaġġel mmens. Il-podcasts qed isiru dejjem aktar popolari madwar id-dinja, għaliex jagħtu lil kulħadd l-opportunità li jisma' kontenut varjat, edukattiv, divertenti u ta' ispirazzjoni, kull fejn ikun u f'kull ħin.
F'dan il-jum, persuni li jipproduċu podcasts u dawk li jisimgħuhom jingħaqdu biex jiċċelebraw il-komunità globali, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jagħtu attenzjoni lil dan il-mezz awdjoviżiv importanti. Il-podcasts joffru pjattaforma għal diversi vuċijiet u suġġetti, u jippermettu diskussjonijiet dwar temi li spiss ma jintmessux f'mezzi oħra.
Aħna ta' Gwida wkoll nagħmlu parti minn din il-bidla globali bil-podcast tagħna, Kellymni, immexxi minn Melanie Kelly. Dan il-podcast jitratta suġġetti attwali u ta’ interess kbir li jolqtu lil kulħadd.
Illejla jixxandar episodju ieħor, se tkun qed issegwi?