Illum hu l-Jum Internazzjonali tal-Kafè lli jiġi ċċelebrat kull sena fl-1 ta' Ottubru, u tista' tgħid li hi okkażjoni speċjali għal dawk li jħobbu din ix-xarba popolari. Kemm jekk tkun hu xi espresso, jew cappuccino, jew anke kafè misjur id-dar, il-kafè jagħmel parti kbira mill-ħajja ta' ħafna nies.

Dan il-jum mhux biss jirrikonoxxi l-imħabba għall-kafè, iżda wkoll ifakkarna fil-proċess kumpless u l-isforz li jsir madwar id-dinja biex jagħmlu din ix-xarba possibbli. Hija wkoll opportunità biex niċċelebraw il-kulturi differenti li jservu u japprezzaw il-kafè b'modi uniċi.

Il-kafè għal ħafna nies mhux biss xarba, iżda mument ta’ rilassament jew anke parti essenzjali mir-rutina ta’ kuljum. F'dan il-jum, ħu mument biex tgawdi t-tazza tiegħek u apprezza l-vjaġġ twil li jagħmel il-kafè sakemm jasal f'idejk.

Inti l-aktar tħobb il-kafè iswed, bil-ħalib, jew forsi b'ħafna zokkor?


Emil Calleja Bayliss