“Illum Niċċelebraw Għeluq Snin Is-Sindku Tal-Imqabba Grace Marie Zerafa” – Il-Viċi Sindku Tal-Imqabba Jonathan Dingli

Il-Viċi Sindku Jonathan Dingli mill-Imqabba kiteb awguri speċjali lis-sindku tal-lokali Grace Marie Zerfa. Hu beda l-messaġġ tiegħu bil-kliem, “Illum niċċelebraw għeluq snin is-Sindku tal-Imqabba, Grace Marie Zerafa.”

Hu jżid, “Niċċelebraw lil din il-Mara ħabrieka, Mara umli u dedikata, li taħdem bil-qalb u b’pacjenza kbira għall-ġid tar-raħal u tal-komunità kollha Mqabbija. Għaliex ix-xogħol u l-impenn tiegħek huwa ispirazzjoni għal kulħadd, jien flimkien ma raħal kollu nixtiequlek ġurnata mimlija kuntentizza u sodisfazzjon personali.”

Hu jtemm, “Nibqgħu naħdmu flimkien għal komunità b’saħħitha u magħquda, għax fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa u l-progress. Awguri mill-qalb.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI