Maria Muscat La Barokka tista' tgħid li tqis ruħha ffortunata wara li dalgħodu evitat li tkun involuta f'xi inċident ikrah. Waqgħet siġra f'Ħal Lija u fortunatament ma weġġa' ħadd għax dak il-ħin jidher li ma kien għaddej ħadd iżda Maria kienet viċin li tibqa' dieħla f'din is-siġra. Mhux xi ħaġa li tistenna li ħa ssib ma' wiċċek waqt li qed issuq.

Maria fuq il-profil tagħha tgħid, "Illum ngħoddha b'waħda għax setgħet kienet tal-aħħar u kont inkun aħbar. Ftit minuti biss qabel għaddejt minn taħtha taqa' parti minn siġra enormi ħdejn iċ-ċimiterju ta' Ħal Lija. Kont nitgħaffeġ taħtha żgur. Għal ftit ma tkissirtx ġo fiha imma ħadt break qawwi."

Hi tkompli żżid, "Il-Mulej żammni hawn. Ara vera destin għax faċilment stajt mitt taħt siġra! Il-jum it-tajjeb! Moħħkom hemm. Nirringrazzja raġel barrani li ħareġ bit-torċ biex il-karozzi li ġew warajja ma jidħlux ġo fija!"

Wieħed dejjem għandu joqgħod ferm attent fit-triq għax ma tafx ma xiex tista' tiltaqa'.

Facebook / Maria La Barokka Muscat


Emil Calleja Bayliss