Illum jiċċelebra għeluq sninu Emerson Bonello, iben l-attur lokali Renzo Bonello. Kemm Renzo u kemm ibnu Emerson huma midħla fix-xena tat-teatru lokali.
Żgur li l-imħabba lejn it-teatru, il-palk u d-drama ġiet mill-għażiż missieru u mhux l-ewwel darba li kienu fl-istess produzzjoni flimkien. Sabiħ meta tara missier u iben jaqsmu l-istess passatemp fejn ikollhom iċ-ċans iqattgħu ħin flimkien.
Lil Emerson rajnieh jaħdem f'produzzjonijiet televiżivi popolari bħal riċentament, Division 7 u Mejta Biex Ngħix. Bosta awgurawlu fuq il-midja soċjali fosthom il-kumpanija teatrali One 4 Two, "Nawgurawlek minn qalbna Emerson f'għeluq sninek."
Awguri mill-qalb Emerson f'isem it-tim ta' Gwida.mt!
Facebook/ Emerson Bonello