Mingħajr dubju, wiċċ Maria Formosa mhuwiex ġdid magħna l-Maltin u l-Għawdxin. Maria hija mart Bjorn, li kontinwament it-tnejn li huma jagħmlu ħafna ġid ma’ nies li huma morda bil-marda tal-ALS, fost mard ieħor.

Illum Maria tagħlaq sninha u żewġha, Bjorn għaddielha messaġġ ħelu fuq il-midja soċjali tiegħu. Filwaqt li Bjorn irringrazzjaha tas-sapport kontinwu li dejjem urietu, qalilha li ma jistax jimmaġina ħajtu mingħajrha! Bjorn awguralha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali u qalilha li jħobbha ħafna! Din il-koppja ħelwa wisq!

Bħalissa Bjorn u Maria qed jiġbru l-fondi sabiex titlesta t-tieni Dar Bjorn. L-avveniment li jmiss hu l-programm Xarabank, fejn se jinġabru l-flus għal din it-tieni ħolma ta’ Bjorn! Inħeġġukom sabiex fil-25 t’Ottubru tixegħlu t-televixin u tagħtu donazzjoni għal din il-kawża ġusta! Ftakru li kull qatra tgħodd!

Apparti l-messaġġ li kitbilha Bjorn, mijiet ta’ nies awguraw lil Maria għal għeluq sninha. Nammirawha kemm hi mara pożittiva u b’karattru sod! Apparti hekk, nixtiequ nirringrazzjawha tax-xogħol kontinwu li tagħmel, flimkien ma’ Bjorn!

F’isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lil Maria f’din il-ġurnata tant speċjali. Awguri Maria!

Facebook / Bjorn Formosa


Yasmin Camilleri