Mark Tonna, il-kantant u attur lokali li rajnieh f’diversi kompetizzjonijiet lokali fosthom il-Malta Song For Europe, l-Għanja Tal-Poplu, il-Festival Tal-Kanzunetta Maltija u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza.

Ritratt: Facebook / Mark Tonna

Barra minn hekk lil Mark rajnieh f’diversi musicals lokali tul is-snin, fejn kellu ċ-ċans li jinterpreta diversi karattri. Kull min ħa jattendi l-musical tas-sajf Il-Kbir Għadu Ġej, ħa jkollu ċans jara lil Mark hemm ukoll.

Ritratt: Facebook / Mark Tonna

Illum, hu u martu Marthese qed jiċċelebraw 41 flimien. Mir-ritratti li ltqajna magħhom jidher biċ-ċar li l-imħabba tal-muturi li għandu Mark għaddieha wkoll lil mara tiegħu. Mark u Marthese llum il-ġurnata huma wkoll nanniet u tista’ tgħid li probabbli huma uħud mill-aktar nanniet cool li għandna f’Malta.

Ritratt: Facebook / Mark Tonna

F’isem Gwida.mt nixtieq nawgura lil Mark u Marthese aktar u aktar snin feliċi flimkien mimlija hena u saħħa. Awguri!

Facebook / Mark Tonna


Emil Calleja Bayliss