Fuq il-profil ta' Facebook tiegħu l-kantant lokali Tony Camilleri kiteb dwar xi ħaġa li ġrat għall-ewwel darba wara aktar minn 50 sena. Żgur li lil Toni kulħadd jafu bil-famużi mustaċċi, iżda jidher li għal xi żmien ser narawh differenti.

"Illum m'għaraftx lili nnifsi. Bi żball qaxxart il-mustaċċi li kelli għal 55 sena. Nittama li jerġgħu jikbru malajr, il-mustaċċi kienu l-marka tiegħi. Le m'inix se nitfa' ritratt ta' wiċċi b'dehra ġdida," kiteb Tony. Kellu diversi kummenti dwar dan fejn uħud qalu li qed jimmaġinaw li din xi ċajta u oħrajn għoġbithom id-dehra.

X'taħsbu dwar id-dehra l-ġdida ta' Tony?

Facebook/ Tony Camilleri


Gwida.mt