Illum l-attriċi Maruska Aquilina tagħlaq erba’ snin miżżewġa mar-raġel tagħha Kenneth.

Maruska flimkien ma’ xi ritratti tagħhom mit-tieġ, u tagħhom flimkien maż-żgħira Ema, qasmet dawn l-erba’ kelmiet ħelwin:

Min qatt kien jgħidilna li erba’ snin ilu, meta għidna l-iva tagħna, sar-raba’ anniversarju konnha ser insiru ġenituri tal-prezzjuża Ema tagħna?!
Minn tnejn ġejna tlieta.

L-anniversarju t-tajjeb lilna, j’Alla l-Mulej iberikna b’aktar snin feliċi mimlijin saħħa flimkien.

U nawguralek f’għeluq sninek, qatt ma tista tinsa l-anniversarju tagħna għaliex f’jum għeluq sninek.

Inħobbok għażiż raġel tiegħi u missier.

 

Maruska hija l-aktar popolari għall-karattru ta’ Gladys fuq is-serje Deċeduti, u l-karattru residenti fuq Espresso, Agnes Pandolfino.

Awguri lil Maruska, Kenneth u Ema!


Luke Borg