Illum jagħlqu sitt snin miżżewġin Sean Vella u Annabelle DeBono. Sean Vella jiġi t-tifel tal-kompożitur u l-kantant Philip Vella u lil Annabelle DeBono niftakruha fil-Malta Eurovision lura fl-2006 u l-2007.

Annabelle kienet ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indidpendenza 2009 bil-kanzunetta 1964 fuq mużika tal-istess Philip Vella u kliem ta' Mark Amaira. Hi kienet ħadet sehem ukoll fil-festival prestiġġjuż bil-Malti tal-Għanja tal-Poplu flimkien ma' Cliff Zammit.

Ritratt: Facebook / Annabelle Vella

Annabelle, akkumpanjat lil kantanta Morena fil-Eurovision Song Contest lura fl-2008. Morena kienet kantat il-kanzunetta VODKA bi kliem ta' Gerard James Borg u mużika ta'l-kunjatu tagħha Philip Vella.

Ir-raġel tagħha Sean hu wkoll fix-xena tal-mużika, Sean hu pjanist u jipproduċi ħafna mill-kanzunetti li jinħadmu fl-istudjo ta' missieru. Barra minn hekk, Sean kellu ċ-ċans li jaħdem fuq produzzjonijiet internazzjonali wkoll speċjalment dawk fil-qasam taċ-ċinema.

Madwar sentejn ilu, il-Bambin iregalhom biċ-ċkejken Tom u b'hekk Philip Vella sar ukoll nannu għall-ewwel darba! Min jaf jekk iż-żgħiru hux ħa jiġbed fuq il-linja mużikali tal-familja? Ċertament li qiegħda fid-dna tiegħu.

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż għalihom u nixtiqulhom ħajja ta' kuntentizza, tgawdija u imħabba flimkien. Awguri Sean u Annabelle.


Emil Calleja Bayliss