Illum tasal fi tmiemha s-sensiela popolari F'Ġieħ L-Imħabba. L-aħħar episodju ħa jkun qed jiġi trasmess fid-20:50 tal-lejla. Wieħed jistenna li llejla ttemm l-istorja ta' diversi karattri u l-mistoqsijiet li numru ta' nies għandhom jiġu mwieġba.
Tul is-sensiela rajna karattri li t-telespettaturi ħabbu u karattri li forsi ma tantx kienu maħbuba mat-telespettaturi iżda lkoll kien instrumentali sabiex sawru storja mill-aqwa. Ninsabu ċerti li t-telespettaturi ħa jħossu n-nuqqas ta' din is-sensiela.
F'isem Gwida.mt, nawguraw lit-tim kollu wara F'Ġieħ L-Imħabba kull suċċess fi produzzjonijiet futuri. Din ċertament kienet sensiela li ġibdet l-attenzjoni ta' ħafna u ħafna nies.
Facebook / F'Ġieħ L-Imħabba