Il-programm sajfi preżentat minn ħames preżentaturi bravissimi, Indigo, jasal fi tmiemu propju llum. Il-programm kellu taħlita ta' rkejjen li niżlu tajjeb mal-udjenza ta' ONE.

Il-preżentaturi kienu Clifford Galea, Joseph Agius, Josette, Marisa D'Amato u Svetlana Farrugia. Għalaq l-iskeda Clifford propju ftit ilu, u xtaq anke jħalli l-messaġġ tiegħu ta' ringrazzjament u gratitudni.

"Illum l-aħħar. Grazzi lilkom kollha li segwejtuna. Grazzi lid-diriġenti ta’ ONE TV Complex li afdaw fija u tawni din l-opportunità sabiħa. Sa ma nerġgħu niltaqgħu"

Prosit kbira lill-preżentaturi u lill-kru kollu li għamel dan il-programm tan-nies suċċess! 


Kyle Zarb