Illum iħallina l-mużiċist Lulu. Huwa kien bniedem li dejjem kellu “l-isbaħ tbissima” fuq fommu, u l-isbaħ qalb”. “Ċerta li qiegħed fl-isbaħ enerġija bħalma kien hawn f'din id dinja”, kitbet Natasha Turner, bħala tislima.

Il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Jazz festival kitbet fuq Lulu: “Illum ix-xena tal-mużika Maltija tilfet lil xiħadd importanti ħafna. Żgur li ser inħossu n-nuqqas ta’ Lulu waqt il-Malta Jazz Festival. L-entużjażmu tiegħu, il-vibe tiegħu, u l-imħabba li kellu għall-mużika kienu uniċi.”


Nicole Zammit