Il-Professur Charmaine Gauci, aktar kmieni dalgħodu fil-programm TVAM ikkonfermat li llum f'Malta ħa jinqabżu t-3000 każ tal-Covid-19. Dan wara t-testijiet li saru matul il-jum tal-Ħadd. Dan ifisser li llum għandna nistennew aktar minn 21 każ pożittiv, minħabba l-fatt li s'issa f'pajjiżna kellna 2,979 każ.

Il-Professur Gauci tgħid, "minn dawn il-każijiet kollha kemm jista' jkun kollha jibqgħu stabbli." Fuq il-programm aktar kmieni dalgħodu kkonfermat li l-każijiet fid-djar tal-anzjani issa jinsabu taħt kontroll u l-firxa donnha naqset għax kulma qed jinstabu huma każ jew tnejn kuljum meta qabel in-numru kien qed ikun ħafna ikbar.


Emil Calleja Bayliss