Kevin Borg tista' tgħid li hu wieħed mill-aktar kantanti maħbuba fil-gżejjer Maltin. Il-kantant Malti kien għamel suċċess ukoll ġewwa l-Isvezja meta rebaħ Swedish Idol. Lil Kevin rajnieh jikkompeti fil-Malta Eurovision u rajnieh ukoll f'numru ta' spettakli lokali inkluż il-musical oriġinali bbażat fuq kanzunetti ta' Freddie Portelli, Il-Kbir Għadu Ġej.

Dalgħodu fuq il-mezzi soċjali Kevin għaddha ringrazzjament lil dawk kollha li kienu se jgħaddu l-awguri tagħhom u qal li ħa jgawgdi l-jum mat-tfajla tiegħu Maria Francesca. Kevin twieled lura fis-sena 1986 u b'hekk illum jagħlaq 35 sena. Barra s-suċċess li kiseb bħala kantant, Kevin kiseb ukoll suċċess bħala kompożitur ta' diversi kanzunetti kantanti minn stilel barranin.

Proprju din il-ġimgħa, hu skopra li waħda mill-kanzunetti li kiteb flimkien ma' Benny Jansson u Thomas Gson, tinsab f'album li bħalissa qiegħed numru wieħed fil-Ġappun. Aħbar sabiħa mmens ftit jiem qabel għeluq sninu.

Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil Kevin aktar u aktar suċċessi. Kif ukoll nawgurawlu f'għeluq sninu, nittamaw li jkollu dak kollu li tixtieq qalbu u aktar. Awguri mill-qalb.

Facebook / Kevin Borg


Emil Calleja Bayliss