Il-ġurnata internazzjonali tal-anzjani tiġi ċċelebrata kull sena fl-1 ta' Ottubru. Dan il-jum jiġi ċċelebrat biex fih nagħtu ġieħ lill-persuni anzjani madwar id-dinja u nirrikonoxxu l-kontribut tagħhom fis-soċjetà.
Kultant anqas biss nirrealizzaw li aħna ninsabu hawn grazzi għalihom. Din il-ġurnata, stabbilita mill-Ġnus Magħquda fl-1990, għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar il-bżonnijiet u l-isfidi li jaffaċċjaw l-anzjani, bħal saħħa, protezzjoni soċjali u inugwaljanza madwar id-dinja.
Irridu nifhmu u niftakru kemm l-anzjani għandhom rwol importanti fil-komunitajiet tagħna, billi jgħinu fit-tixrid tal-għerf u l-esperjenza li jakkumulaw matul ħajjithom. Madankollu, ħafna drabi jaffaċċjaw diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali.
Din il-ġurnata tħeġġeġ li jiġu żviluppati politiki u programmi li jiżguraw drittijiet, dinjità u opportunitajiet għall-anzjani, filwaqt li tenfasizza l-importanza ta’ soċjetà aktar inklussiva u ġusta għall-etajiet kollha.
Riċenti, skejjel lokali daħlu n-nanniet tal-iskola, fejn anzjani qed jagħtu daqqa t'id fl-iskola tal-lokal. Idea mill-isbaħ li niżlet tajjeb immens mal-ġenituri u l-istudenti. Fiż-żmien tal-lum, li fih il-popolazzjoni anzjana qed tikber, din il-ġurnata hija tfakkira importanti biex inwettqu azzjonijiet konkreti!