Illum niċċelebraw lill-investigatur privat l-aktar famuż fid-dinja, il-ħolqien brillanti ta’ Sir Arthur Conan Doyle, Sherlock Holmes. Kemm jekk int dilettant tal-kotba oriġinali, l-adattamenti tal-films, jew is-sensiliet tat-TV, din il-ġurnata hija perfetta biex tiċċelebra lil dan il-karattru! Iva, sewwa qrajtu karattru. Hemm ħafna jemmnu li dan kien jeżisti verament!

Għaliex illum? It-22 ta’ Mejju, niċċelebraw il-ġurnata ta’ twelid l-awtur innifsu - Conan Doyle. U x'hemm aħjar milli tonora l-memorja tiegħu billi tgħaddi ftit ħin ma’ Sherlock, Watson u l-pipa famuża tagħhom?

Hawn xi suġġerimenti biex tidħol fl-ispirtu ta' dan il-jum:

  • Aqra novella bħal The Hound of the Baskervilles jew A Study in Scarlet.
  • Organizza logħba ta’ “murder mystery” mal-ħbieb.
  • Jew segwi xi episodju ta’ Sherlock u ipprova asal għas-soluzzjoni qabel ma jagħmel dan hu!

Ftakar li meta tkun eliminajt kull ħaġa possibbli, dak li jibqa', minkejja kemm kapaċi jkun imposibbli, jista' jkun veru!


Emil Calleja Bayliss