Il-kantant, kompożitur, produttur lokali u preżentatur tar-radju Malti, Andrew Zammit, qed jiċċelebra għeluq id-59 sena tiegħu. Zammit, figura magħrufa fix-xena mużikali Maltija, ilu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għad-divertiment lokali għal ħafna snin. Rajnieh flimkien ma' CODA f'Mużika Mużika tal-2023 u min jaf kemm ħadem fuq kanzunetti varji.
B’karriera rikka li tinkludi għadd ta’ kanzunetti, kemm bħala kantant kif ukoll bħala kompożitur, Andrew Zammit sar sinonimu mal-mużika ta' kwalità f'Malta. Barra minn hekk, il-ħidma tiegħu bħala produttur u preżentatur tar-radju kompliet tikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bħala figura prominenti lokali fejn dejjem jagħti spazju l-mużika Maltija.
Fil-jum ta’ għeluq sninu, il-ħbieb, il-familja u segwaċi qed iwasslulu l-awguri sbieħ tagħhom. Awguri Andrew Zammit għal din l-okkażjoni speċjali!
Facebook / Andrew Zammit