Bħal-lum 92 sena ilu, fit-8 ta’ Novembru fl-1932, twieled il-President Emeritu Dr Ugo Mifsud Bonnici.
Huwa serva bħala l-ħames President tar-Repubblika bejn l-1994 u l-1999.
Minbarra li huwa avukat, il-President Emeritu huwa wkoll magħruf għad-diversi kitbiet tiegħu.
Fuq il-mezzi soċjali, ibnu Carm Mifsud Bonnici awgura l-isbaħ xewqat lil missieru f’dan il-jum speċjali.
Awguri!