Illum tiċċelebra għeluq sninha, bint Chris u Moira, li rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1994. F'dan il-jum għażiż Moira, qasmet erba' kelmiet lil bintha mill-qalb. Hi qalet li Michela llum tagħlaq 30 sena u tista' taħseb biss fil-jum li twieldet u l-ferħ li ġabitilhom.
Illum saret mara u Moira tgħidilha li jixraq li huma jiċċelebraw ħajjitha, il-kisbiet, il-ħolm u l-kuntentizza tagħha. Tittama li tgawdi 30 sena u aktar. Hi tgħidilha, "Nittama li l-Mulej jagħtik is-saħħa u ħafna barkiet.
Hi ttemm billi tgħidilha li tħobbha mmens. F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha!
Agħfas hawn biex tara l-filmat mimli memorji li qasmet Moira!