Fid-disgħa ta' dalgħodu, ġewwa l-Parroċċa ta’ San Ġiljan ingħatat l-aħħar tislima lil Enrica, tifla li sfortunatament tilfet il-battalja kontra l-kanċer.

Il-ġenituri talbu lil dawk kollha li se jattendu għall-funeral ta’ binthom sabiex jilbsu lbies ikkulurit u mhux il-kulur iswed, il-kulur tad-diqa, li ssoltu nilbsu għall-funerali. Apparti minn hekk, l-offerti li se jinġabru waqt il-quddiesa se jmorru kollha b’risq Puttinu Cares.

Bħalissa għaddejja l-Maratona ta’ Puttinu Cares ġewwa l-Marsa Sports Ground. Puttinu Cares dejjem kien ta’ għajnuna kbira fil-ħajja ta' ħafna nies, fosthom Enrica. Inħeġġukom sabiex tkunu parti minn din il-Maratona u tagħtu d-donazzjoni tagħkom. Kull qatra tgħodd!

Minn qalbna nixtiequ noffru l-faraġ lill-familjari ta’ din it-tfajla f’dan il-mument hekk diffiċli. Strieħ fis-sliem Enrica!

Facebook / Puttinu Cares


Yasmin Camilleri