Illum il-jum li jfakkar il-kreatura maġika tas-snin, magħrufa aħjar ma' bosta bħala t-tooth fairy. Ċelebrazzjoni għat-tfal u l-familji li jemmnu fil-ħrafa sabiħa tagħha. Skont it-tradizzjoni, meta tifel jew tifla jitilfu sinna, jagħmluha taħt l-imħadda tagħhom qabel ma jorqdu.
X'jiġri wara? Bil-lejl, it-tooth fairy tiġi u tieħu s-sinna, u minflokha tħalli flus jew xi rigal żgħir. Din il-ħrafa hija mod ta’ kif il-ġenituri jagħmlu l-esperjenza tat-telf tas-sinna eċitanti u ferrieħa għat-tfal.
Dan il-jum ifakkarna fil-maġija tal-innoċenza tat-tfulija u fl-importanza tal-immaġinazzjoni. Għal ħafna tfal, din il-ġurnata hija okkażjoni speċjali, mimlija stennija għall-vjaġġ tat-tooth fairy, vjaġġ li jġib miegħu ferħ u sorpriżi.
Hija wkoll okkażjoni biex il-familji jgħaddu din it-tradizzjoni minn ġenerazzjoni għal oħra, u tinżamm ħajja l-maġija.