Fid-19 ta’ Novembru jiġi ċċelebrat kull sena l-Jum Internazzjonali tal-Irġiel, ġurnata ddedikata biex tqajjem għarfien dwar il-benesseri tal-irġiel f’aspetti differenti tal-ħajja. Din il-ġurnata mhux biss tisħaq fuq il-kisbiet u l-kontribuzzjonijiet tal-irġiel fis-soċjetà, iżda tiffoka wkoll fuq kwistjonijiet li spiss jiġu injorati. Fosthom insibu l-problemi tas-saħħa mentali, il-prevenzjoni tas-suwiċidju, u l-pressjonijiet soċjali li jiffaċċjaw l-irġiel f'diversi sitwazzjonijiet.

Hija opportunità biex inħeġġu bilanċ bejn is-sessi u nħarsu lejn kif jistgħu jinħolqu relazzjonijiet aktar rispettati u ugwali bejn kulħadd. Barra minn hekk, il-Jum Internazzjonali tal-Irġiel jippromwovi l-idea li l-irġiel għandhom rwol importanti fil-familji u fil-komunitajiet tagħhom, kemm bħala missirijiet u anke bħala ħbieb. Kultant l-irwol tal-missier mhux forsi apprezzat daqs l-irwol tal-omm. Meta hawn missirijiet, bħal ma hawn ommijiet, li jkunu l-uniċi ġenitur preżenti fil-ħajja ta' wliedhom. 

Fi żmien meta d-diskors dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi qed jiżdied, din il-ġurnata sservi biex tfakkarna li l-għarfien u s-sostenn għall-irġiel huma parti importanti minn soċjetà li tgħożż lil kulħadd.


Emil Calleja Bayliss