Illum, l-ewwel t’Ottubru hija ġurnata ddedikata lil xarba li ħafna minna jħobbu! Min iħobbu kark, min b’ħafna ħalib, min b’naqra zokkor u nistgħu nibqgħu sejrin!

View this post on Instagram

A post shared by Alexan Ridgeline (@alexanridgeline) on

Ħafna jieħdu kikkra minnu filgħodu malli jqumu għax mingħajru ma jiġux f’tagħhom. Hawn min jixorbu għall-ħabta tat-tlieta ma’ xi erba’ gallettini! Hawn min jieħu tazza minnu qabel ma jidħol jorqod u hawn min jixrob lilu biss f'ġurnata! Din ix-xarba mhi xejn ħlief il-famuż kafè!

Illum hija l-ġurnata ddedikata lill-kafè! Bażikament din ix-xarba tinxtorob madwar id-dinja kollha. Hija xarba li tmur lura lejn is-seklu 15. Il-kafè hu popolari mmens għax madwar tliet biljun tazza kafè tinxtorob kuljum! U din iċ-ċifra dejjem tiżdied!

View this post on Instagram

A post shared by Marcello Coffee (@mr_coffee_master) on

Hawn ħafna kafeteriji li huma magħrufin għall-kafè tajjeb li jagħmlu, kemm lokali, kif ukoll internazzjonali. Mhux talli hekk, talli hawn diversi pajjiżi li jekk iżżurhom ma tistax ma tiħux kafè minn hemm għax tkun qed tonqos milli tgawdi l-kultura tal-pajjiż!

U int, tħobbu l-kafè?

Instagram / @sabrinafelizitas


Yasmin Camilleri