Il-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kiteb messaġġ speċjali ddedikat lil bintu, li għadha kif gradwat. Xeħet ritratt flimkien magħha u mal-familja għall-okkażjoni.

"Illum iż-żgħira ggradwat ukoll. X'sodisfazzjon meta tara lil uliedek jaqbdu t-triq li jħossuhom komdi fiha. Ngħixu għalihom u nifirħu magħhom."

Bernard ikompli billi jawgura lill-istudenti kollha li rnexxielhom jagħmlu pass ieħor fil-karriera tal-istudju tagħhom. Hu kiteb, "Nawgura lill-gradwati kollha għas-suċċess li kisbu u lil min iltaqa' ma' skoll nagħmillu kuraġġ biex ma jaqtax qalbu."

Awguri mill-qalb!


Kyle Zarb