Illum huwa l-Jum Nazzjonali tal-Kafè. Din hija okkażjoni speċjali biex infakkru l-imħabba tagħna lejn din ix-xarba adorata li tgħaqqadna f’kull mument tal-ġurnata.

Il-kafè huwa aktar minn sempliċiment xarba; tista’ wkoll tkun esperjenza, biex tqatta’ l-ħin mal-familja jew mal-ħbieb kif ukoll hija waqfa ħelwa mill-ġimgħa mgħaġġla. Kull tazza kafè għandha storja – xi kultant storja ta’ tradizzjoni Mediterranja mgħaddsa fil-kultura lokali.

F’jum bħal-lum, tista’ tgawdi aktar minn qatt qabel. Tgawdi l-ġurnata b’tazza espresso, cappucino jew kif ukoll tazza kafè waħidha. Allura ħu l-ħin illum biex tgawdi l-kafè tiegħek f’atmosfera pjaċevoli, u tgħix il-mument mingħajr għaġġla


Prisiah Schembri Fava