Normalment m'għandniex bżonn raġuni uffiċjali biex niċċelebraw  b’flixkun inbid iżda llum għandna waħda - hekk kif jaħbat il-Jum Internazzjonali tal-Inbid, li jiġi ċċelebrat kull sena fil-25 ta' Mejju.

L-oriġini eżatta tal-Jum Nazzjonali tal-Inbid mhix magħrufa, iżda l-aktar referenzi bikrija jmorru lura għall-2009. Huwa jum għad-dilettanti tal-inbid biex jingħaqdu u jiċċelebraw b’tazza inbid.

L-arkeoloġi skoprew evidenza tal-produzzjoni tal-inbid f’għar Armen li jmur lura għal 4100 sena Q.K. , inklużi tazzi u vażetti għaż-żamma tal-inbid, preses tal-inbid, u btieti għall-fermentazzjoni, u anke żrieragħ tal-għeneb u dwieli.


Bernard Xuereb