Illum, is-16 ta' Jannar, niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-ikel jaħraq, festa għal dawk li ma jiddejqux mit-togħmiet intensi tal-ħwawar jaħarqu! Ingredjenti bħal paprika, chili, kurry u s-siracha jsibu posthom fil-kċejjen madwar id-dinja.

L-ikel jaħraq mhux biss jagħti nifs ta' ħajja lill-platti, imma jista' wkoll ikollu benefiċċji għas-saħħa. Ġie studjat li l-bżar jaċċellera l-metaboliżmu , isaħħaħ l-ġisem, u jġib tbissima fuq l-uċuħ tad-dilettanti tiegħu. 

Għalhekk, illum żid daqsxejn dik it-togħma taħraq fl-ikel tiegħek! Agħmel riċetti oriġinali, skopri togħma ġdida jew sempliċiment gawdi platt tajjeb b'dik it-togħma taħraq. Madanakollu jekk għadek ġdid fit-togħma taħraq ibda bil-mod il-mod forsi matul iż-żmien din it-togħma tibda tiġi l-aktar togħma favorita tiegħek!


Prisiah Schembri Fava