Kont taf? Illum hu l-Jum Internazzjonali Tal-Birra! L-ewwel ċelebrazzjoni ta’ dan il-jum saret fl-2008, iżda minn dakinhar infirxet għal aktar minn 200 belt fi 80 pajjiż differenti madwar id-dinja.

beer

Għalfejn għandna niddedikaw jum għal birra? Hemm 3 raġunijiet.

  1. Biex wieħed jiltaqa’ mal-ħbieb u jgawdi l-glorja tal-birra.
  2. Biex wieħed japprezza u jiċċelebra n-nisa u l-irġiel ddedikati li jagħmlu l-birra u jservu l-birra.
  3. Biex il-jum speċjali jġib id-dinja flimkien billi kulħadd jiċċelebra l-birra tal-pajjiżi u l-kulturi kollha.

Inti se tiċċelebra l-jum internazzjonali tal-birra llum? Liem hi l-birra favorita tiegħek?


Nicole Barbara