Illum 17 ta' Jannar, huwa l-Jum Internazzjonali ta’ Popeye. Jum Popeye jiġi ċċelebrat fis-17 ta’ Jannar hekk kif il-karattru għamel id-debutt tiegħu f’komiks imsejjaħ ‘Thimble Theatre’ fis-sena 1929, li nħoloq minn Elzie Crisler.

Il-komiks oriġinarjament kien iċċentrat madwar il-karattru ta’ Olive Oyl, iżda l-popolarità ta' Popeye bidlet dan. Sal-1933, Popeye kellu s-serje tal-kartuns tiegħu stess. Wara kważi seklu, Popeye jibqa’ wieħed mill-aktar karattri popolari ta’ kull żmien.

Interessanti, li minħabba li Popeye jiekol biss l-ispinaċi, l-istejjer tiegħu ħolqu domanda massiva għall-ispinaċi fl-Istati Uniti fis-snin tletin u erbgħin. Minħabba dan il-fatt, Popeye sar ukoll ikona għall-komunità vegana.


Bernard Xuereb